Members Login
Username 
 
Password 
    Remember Me  
Post Info TOPIC: Żvilupp u Golf


Veteran Member

Status: Offline
Posts: 32
Date:
Żvilupp u Golf




U għal Ta' Ċenċ, fejn żgur li ħa ssir ħsara ambjentali ma jsemmi xejn l-MLP? X'kien? Eh bilħaqq... tgħid miħabba l-fatt li l-MLP irid li jsir żvilupp f'Ta' Ċenċ?

Meta tagħtih daqqa t'għajn dan il-poster malajr jibdew jiżviluppaw stampi ta' Alfred Sant liebes ta' xi supereroj stil ta' Captain Planet, il-protettur ta' l-ambjent li jiġġieled biex jissalvagwardja n-natura tagħna mill-interessi finanzjarji u personali ta' xi erba' bażużli™ kapitalisti.

Imbagħad tinduna li Ta' Ċenċ, għal xi raġuni (xejn) misterjuża, mhux imniżżel fuq dan il-poster; għeb minn fuq il-lista tat-tliet siti proposit għall-iżvilupp (sic). U żgur! Għax il-protettur ta' l-Interess Nazzjonali™ u ta' l-Ambejnt jaqbel li jsir l-iżvilupp f'dak il-post! Imbasta jgħajjar lin-naħa l-oħra l-MLP, meta fl-verità, dal-paroli kollu huwa biss propaganda meskina biex tipprova tqarraq bin-nies. Jekk għandu l-ħila l-partit, jerġa' jistampah dak il-poster u did-darba jsemmieh lil Ta' Ċenċ, ħa naraw l-ispettru kollu u mhux juruna biss dak li jaqbel lilhom. Bħal li kieku żvilupp f'Ta' Ċene mhux Qerda Ambjentali™ wkoll!

Huma wkoll huma kompliċi f'din il-pastażata, u m'għandhomx għalfejn jaraw it-traba f'għajn ħaddieħor meta huma għandhom travu f'għajnhom.



Veduta mill-isbaħ f'Ta' Ċenċ. Issa l-MLP irid li hawnhekk jinqered ukoll. Kont nistenna xi ħaġa ferm aħjar mill-partit Laburista. Tal-mistħija. Dawn iż-żewġ partiti huma veru żewġ uċuħ ta' l-istess munita.

__________________
"I know of no better life purpose than to perish in attempting the great and the impossible..." Friedrich Nietzsche (1844 - 1900)


Member

Status: Offline
Posts: 15
Date:

Tipproponi x'imkien ahjar????

__________________
Randy Iva mal-PULSE jien trid tghid xi haga?!


Veteran Member

Status: Offline
Posts: 32
Date:

Iva - IMKIEN!

__________________
"I know of no better life purpose than to perish in attempting the great and the impossible..." Friedrich Nietzsche (1844 - 1900)
Page 1 of 1  sorted by
 
Quick Reply

Please log in to post quick replies.

Tweet this page Post to Digg Post to Del.icio.us


Create your own FREE Forum
Report Abuse
Powered by ActiveBoard